Delicata Winery

Induqu u Napprezzaw L-Inbid

Thu 22 Feb 2018 6:00 pm - 8:00 pm
Delicata - The Winery on the Waterfront


Buy tickets

Ticket Type Price () Fee () Quantity
12.71 0.00

Sub Total 0.00

Induqu u Napprezzaw L-Inbid

Attività ppreżentata bil-Malti u miftuħa għal kull min għandu Delicata Privilege Card

€15.00 kull persuna

Għal darb'oħra nistiednukom ġewwa l-iktar Winery Maltija ippremjata internazzjonalment.

The Delicata Wine Tasting Vault

L-attività ser tkun immexxija mill-enologu Matthew Delicata, u l-vitikulturist, Jonathan Falzon.

Matul dan l-avveniment ser nitfgħu dawl fuq il-klassifikazzjonijiet D.O.K. Malta, D.O.K. Gozo, u I.Ġ.T Maltese Islands; tlett kriterji maħsuba speċifikament għall-inbejjed Maltin u Għawdxin ta' kwalità.

B'kollox, ħames inbejjed differenti ser jiġu mdewwqa, flimkien ma' canapés differenti.

Ser ikun hemm ukoll ħin ta' diskussjoni fejn intom tkunu tistgħu ssaqsu l-mistoqsijiet tagħkom.

L-avveniment se jsir ġewwa Tasting Vaults ta' Delicata, max-xatt ta' Raħal Ġdid, li nbniet fis-seklu sbatax. Agħfas hawn biex tara l-mappa.

  • Dan l-avveniment huwa miftuħ esklussivament għal membri fl-iskema tad-Delicata Privilege Card.
  • Postijiet huma limitati għal 36 u kull min ser jattendi jrid ikollu tal-inqas 17-il sena.
  • Nissuġġerixxu taħsbu kmieni biex ma tiddiżappuntawx ruħkom peress li il-postijiet huma limitati.
  • Il-ħlas għandu jsir online u l-ebda rifużjoni m'hi ser tingħata.

Agħfas hawn biex tapplika għal Delicata Privilege Card tiegħek b'xejn.